Merħba f’Dar il-Ħanin Samaritan
Agħfas Play biex tibda. Jekk jogħġbok uża headphones fejn possibbli, jew żomm il-volum baxx.
L-awdjo ma jibdiex waħdu; agħfas Play.
Test tar-riflessjoni
Il-paċi miegħek.
Nilqgħuk fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Dar il-Ħanin Samaritan u Ġnien il-Meditazzjoni, proprjetà mmexxija mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija MUSEUM.
Dar il-Ħanin Samaritan hija prinċipalment residenza komunitarja għal membri anzjani tas-Soċjetà tagħna li nfetħet fit-8 ta’ Diċembru 1996.
Fid-19 ta’ Jannar 2014 ġie miftuħ iċ-Ċentru tal-Konferenzi u l-ewwel parti ta’ Ġnien il-Meditazzjoni li mbagħad ġie mitmum bl-estensjoni tal-ġnien inawgurata fis-27 ta’ April 2024.
Il-kumpless kollu ġie ddisinjat mill-Professur Richard England, perit rinomat kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.
Dan iċ-ċentru jintuża mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija għal għadd ta’ laqgħat differenti, sessjonijiet ta’ formazzjoni u rtiri għall-membri tagħha. Jintuża wkoll minn gruppi differenti biex jagħmlu laqgħat, seminars, irtiri u konferenzi ta’ natura reliġjuża u edukattiva.
Iċ-Ċentru tal-Konferenzi jinkludi sala kbira tal-konferenzi, sala iżgħar u tliet kmamar tal-laqgħat qrib il-ġnien.