Is-Samaritan it-Tajjeb
Agħfas Play biex tibda. Jekk jogħġbok uża headphones fejn possibbli, jew żomm il-volum baxx.
L-awdjo ma jibdiex waħdu; agħfas Play.
Test tar-riflessjoni
Qrib il-kappella hemm skultura tal-bronż tas-Samaritan it-Tajjeb, xogħol tal-artist lokali Mario Borg, magħmula fl-2015. Din l-iskultura tistiednek tirrifletti fuq dak il-mument mill-parabbola ta’ Ġesù meta s-Samaritan għen lil-Lhudi li kien ġie msawwat u misruq waqt li kien fi triqtu minn Ġerusalemm għal Ġeriko. Is-Samaritan “... qiegħed lir-raġel fuq il-ħmar tiegħu stess, ħadu f’lukanda u ħa ħsiebu.” (Lq 10,34).
Jekk tħares sew lejn wiċċ ir-raġel Lhudi li qed ibati fuq il-ħmar, tinduna faċilment li jixbah lill-wiċċ ta’ Ġesù Kristu. Dan għandu jwasslek biex taħseb fuq il-kliem ta’ Ġesù: “Tassew ngħidilkom, kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.” (Mt 25,40)