Waqfa 8 minn 10

Il-Ġnien tal-Mewt

Agħfas Play biex tibda. Jekk jogħġbok uża headphones fejn possibbli, jew żomm il-volum baxx.

Gwida awdjo

L-awdjo ma jibdiex waħdu; agħfas Play.

Test tar-riflessjoni

Hekk kif tkompli tirrifletti fuq l-aħħar kliem ta’ Kristu fuq is-salib, fi tmiem il-passaġġ twil, tasal ħdejn il-kappella tar-resurrezzjoni. Qabel tidħol, tinnota li l-kappella hija mdawra bi ġnien żgħir. F’dan il-ġnien m’hemmx ħajja; hemm biss ċagħaq iswed mifrux mal-art. Għalhekk, jissejjaħ il-ġnien tal-mewt. Dan iġagħlek tirrifletti fuq il-mewt ta’ Kristu wara t-tbatija tiegħu fuq is-salib.

Fil-ġnub tal-passaġġ, qabel tasal għall-kappella tar-resurrezzjoni, hemm żewġ kmamar żgħar, ftit moħbija. Dawn huma kmamar maħsubin għat-talb u għar-riflessjoni. Hekk kif tidħol fil-kamra li tinsab fuq in-naħa tax-xellug tara figura kbira ta’ ras ta’ mewt, b’raġġiera kulur id-deheb madwarha. Din il-pittura hi maħsuba li taħsadna kif normalment tagħmel aħbar ta’ mewt. Ir-raġġiera tfakkarna li l-mewt m’għandhiex l-aħħar kelma, iżda hija passaġġ għal qawmien ġdid.

Fil-kamra li tinsab fuq in-naħa tal-lemin hemm xbieha ta’ raġel fl-aħħar ta’ ħajtu u b’rasu baxxuta bħallikieku skoraġġut u tellief imma li, bl-idejn kważi mmermra tiegħu, qed iżomm tarbija tiddi; xbieha li turi t-twemmin nisrani li l-mewt mhix it-tmiem ta’ kollox imma passaġġ traxxendentali għas-salvazzjoni eterna.

Iż-żewġ xbihat stampati direttament fuq il-ħġieġ huma riproduzzjoni ta’ pitturi maħduma minn Mark England, iben l-arkitett li ħa ħsieb dan il-proġett.