Waqfa 9 minn 10

Il-Kappella tar-Resurrezzjoni

Agħfas Play biex tibda. Jekk jogħġbok uża headphones fejn possibbli, jew żomm il-volum baxx.

Gwida awdjo

L-awdjo ma jibdiex waħdu; agħfas Play.

Test tar-riflessjoni

Malli tidħol fil-kappella tar-resurrezzjoni, mill-ewwel tinnota l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt iħares ’il fuq. Din ix-xbieha tistiednek tħares ’il fuq lejn is-saqaf bil-ponta tal-kappella, waqt li tirrifletti fuq l-irxoxt u l-ħajja ta’ dejjem.

Il-kliem: “Il-Mulej qam tassew” (Lq 24,34) huwa r-raġuni tal-fidi tagħna f’Ġesù Kristu. Aħna nemmnu l-kliem tal-Evanġelju għax dan qalu Kristu li rebaħ fuq il-mewt – bil-qawmien tiegħu mill-mewt jagħtina l-ikbar konferma tal-verità sħiħa li wasslilna għax l-imgħallem tagħna ħareġ rebbieħ fuq il-mewt u fuq il-ħażen!

F’din il-kappella inti mistieden ukoll tirrifletti fuq il-mewt u l-ħajja ta’ dejjem. Kif kiteb il-Papa Franġisku fl-2025, ftit xhur qabel mewtu stess: “il-mewt mhijiex it-tmiem ta’ kollox, iżda l-bidu ta’ xi ħaġa. Hija bidu ġdid, għax il-ħajja ta’ dejjem — li dawk li jħobbu jibdew jesperjenzawha sa mill-art, fi ħdan l-impenji ta’ kuljum tal-ħajja — hija l-bidu ta’ xi ħaġa li qatt mhi se tispiċċa.”